A local, audiovisual magazine
committed to reviews
of performing and visual arts.

Is-Surmast: Review

Is-Surmast hija bbażata fuq ir-rumanz klassiku ta’ Trevor Zahra u tħares lejn il-ħajja eċċentrika ta’ Carmelo Ciantar, surmast primarju li jmexxi l-iskola tiegħu skont il-kapriċċi personali u l-fidi sħiħa f’Santa Filomena. Kollox kien sejjer ħarir sakemm ħabiba antika tal-familja tidħol lura fix-xena u ġġib taqlib sħiħ fil-ħajja tiegħu.

Is-Surmast hija kummiedja ta’ Trevor Zahra u hija produzzjoni diretta minn Joseph Galea bis-sehem ta’ Charles Sammut fil-parti ewlenija. Il-kast jinkludi lil Mario Spiteri (Snitz), Andre Mangion, Ryan Mark Debattista, Antonella Galea Loffreda, Marceline Galea, Anthony Ellul, Claudia Mizzi u Emanuel Cassar, flimkien ma’ studenti żgħar fir-rwoli tat-tfal. Il-mużika oriġinali hija komposta minn Albert Garzia.

Wara 30 sena mill-ewwel rappreżentazzjoni tagħha, Is-Surmast reġgħet ittellat ġewwa t-Teatru Manoel f’April tas-sena 2025. 

SORS: one.com.mt

Keep reading

Looking for something else?