Meta ċ-ċiċri ma ssirx hummus
Reċensjoni ta’ It-Togħma Morra taċ-Ċiċri ta’ Noah Fabri minn Jean Paul Borg

Eli u Leo jafu ’l xulxin mix-xena tal-mużika, jgħixu flimkien u jaħdmu flimkien. Matul ix-xitwa kwieta tal- pandemija, jinbtu l-ħbiberiji ta’ Eli ma’ Eiro, bniedem li jieħu ħafna ħsieb lil ta’ madwaru imma jixtieq lil xi ħadd biex jieħu ħsiebu, u Faye, pustiera u mużiċista-poeta li qed tieħu ħsieb lil ommha u ’n-neputija. Sadanittant, Leo tisma’ l-mużika, titħasseb fuq ħajjitha, u kuljum tħoss lil Eli ftit iktar ’il bogħod minnha. Imbagħad jasal is-sajf, u mat-toroq tal-Ħamrun u l-Marsa, u fil-bar ta’ Raħal Ġdid, jegħrqu u jwaħħlu l-emozzjonijiet kollha li ilhom ix-xhur lesti biex ifuru.
Sors: merlinpublishers.com