A local, audiovisual magazine
committed to reviews
of performing and visual arts.

Antler Cry: Review

Antler Cry: M’hemmx mistriħ fl-arti ta’ Anthony Catania

Reċensjoni minn Gabriel Schembri

Għadni kif attendejt għal vernissage tal-esebizzjoni Antler Cry, jum qabel ma formalment tiftaħ għal pubbliku fil-Muzew Nazzjonali tal-arkeoloġija. Antler Cry hija esebizzjoni ta’ pitturi minn Anthony Catania u ħa ħsiebha JeanPierre Magro, kuratur.

Ikolli ngħid li din kienet l-iktar esebizzjoni li tatni xi ħaġa lura. Ma mortx lura d-dar unphased, bl-ebda ħsieb mibdul. Anzi, din l-esebizzjoni kellha dal-bilanċ perfett ta’ skumdita’. U jien, forsi għax inħobb il-melankonija fil-kitba tiegħi, imma inħobb li meta mmur nara xi ħaġa artistika, tweġġani, jew tiddisturbani. Mhux f’sens ħażin biss. Imma għalmenu tagħmilli xi ħaġa, ma nkunx qisni mort ximkien u m’esperjenzajt xejn għajr pjaċir estetiku għal għajnejja. 

Din tagħtni xi ħaġa iktar minn hekk. 

Kif mill-ewwel implika t-titlu, Antler Cry, marelli – il-bikja tal-qarn. Tal-annimal daqs dinja, jibki. Diġa’ mimli piż kif inhu. U l-esebizzjoni hija ‘tqila’, fis-sens li ġġorr magħha d-dismembrament ta’ rakkont Grieg – ta’ kif Actaeon inċidentalment ra lil Alla Aretmis tinħasel, u din bidlithu f’qarn, sakemm il-bestji li kellu miegħu hu u jikkaċċja, daru għalih u qattawh biċċiet.

Kif spjega l-kuratur Jean Pierre Magro, the hunter becomes the hunted

Li qal Jean Pierre fil-bidu, filfatt, għamel differenza ferm għal kif esperjenzajt din l-esebizzjoni. 

Tkellem dwar l-element transformattiv ta’ grief, ta’ meta titlef xi ħadd li tafu dejjem miegħek. “Aħna mistednin nkunu pellegrini f’din it-triq’, spjega Jean Pierre. “Din l-esebizzjoni, mhux se ttikom reżoluzzjoni. Imma tistieden għat-trasformazzjoni”. U huwa minnu. 

Kieku ma kienx għal dan il-kliem kont immur u nieħu ħafna minnha xorta. Imma r-rakkont ta’ Jean Pierre ta sens ftit iktar profond fuq dak li konna se naraw. Għax id-diskorsi saru QABEL ma dħalna l-esebizzjoni – probabli għal raġuni loġistika – imma ħadmet biex żiedu l-antiċipazzjoni. Konna qisna grupp kurjużi nistennew li jinfetaħ is-separju biex nosservaw xi mostru minn qiegħ l-infernijiet tad-dinja.

Il-pitturi infushom huma impressjonanti. Id-daqqa ta’ Catania hija melankonika u oskura. U ħadt pjaċir bil-konsistenza. Kull pittura differenti minn oħra, imma magħquda flimkien bil-preżenza sottili tal-qarn, qrun il-qarn forsi aħjar, u skeletru, mewt u l-klieb tal-kaċċa. 

Anke l-qisien tat-tili fejn ġew esebiti – mill-ftuh nimxu għal parti qisha kuritur, iktar klwastrofobika. Fuq tazza inbid wara l-esebizzjoni Jean spejgalna li l-pellegrinaġġ, il-vjaġġ, riedu jintemm f’kuritur dejjaq għal sens ta’ klawstrofobija – m’hemm serħan wara dil-esebizzjoni. Minn hemm, għal karozza. Għat-triq. Għad-dar. Biex iħallik taħseb.

U ħadmet. 

Bħal kif fil-mużika l-oħla noti jinstemgħu wara kordi mimlija tensjoni – dik iż-żifna pikuża bejn it-tensjoni u l-mistriħ – Catania jitfa’ saħħtu fuq in-noti ta’ tensjoni. U għal-mistriħ…dak iħallih biex insibuh aħna. Jekk qatt.

Antler Cry se tkun miftuħa għall-pubbliku sal-11 ta’ Jannar.  

Keep reading

Looking for something else?